Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li mhux aċċettabbli f’pajjiż normali, Li Robert Abela jagħti rigal ta’ €120,000 lil Joseph Muscat, u jżommu sigriet wara li kien sfurzat jirriżenja għal raġunijiet li jaf kulħadd.
Huwa qal li “Dan hu li jibqa’ jagħmel il-Labour. Jiftaħar li hu gvern tan-nies filwaqt li jisirqek il-miljuni bħalma baqa’ jagħmel fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Għaliex għal dan il-Gvern xejn mhu xejn.”
Bernard Grech kompla li għall-Partit Nazzjonalista li l-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-politika jfisser pajjiż fejn il-ġid komuni jitqassam ma’ kulħadd, għaliex huwa ta’ kulħadd. Għall-Partit Laburista l-ġid jibqa’ għal tal-qalba biss.
//= $special ?>