Għawdex Lokali Qorti

Raġel jitressaq il-Qorti ta’ Għawdex fuq akkużi ta’ serq

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Simone Grech, raġel ta’ 37 sena li jgħix l-Għasri, Għawdex.

Huwa ġie akkużat talli nhar is-26 ta’ Ottubru, 2020, fi Triq iż-Żebbuġ, l-Għasri, Għawdex seraq ammont ta’ għodda ta’ kostruzzjoni u tyres li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro, fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.