Fl-ewwel partita minn Grupp B, il-Belġju, tim li għandu ispirazzjonijiet kbar f’dan it-tournament se jkun qed jaffaċċja lir-Russja li minn naħa tagħhom se jkunu qed jittamaw li jissorprendu kif għamlu fl-aħħar tournament internazzjonali fl-2018 meta fit-Tazza tad-Dinja li ironikament saret f’pajjiżhom stess kienu avvanzaw sal-kwartifinali.
It-tim tal-Belġju li huwa mmexxi minn Roberto Martinez, fl-aħħar snin irnexxielu jibni tim kompetittivi b’individwi li kapaċi jibdlulek il-partita. Players bħal Kevin De Bruyne, Romelu Lukaku u Eden Hazard huma player li kapaċi jibdlu partita bil-kapaċitajiet individwali tagħhom. Intant fil-partita ta’ llum kontra r-Russja l-midifielder ta’ Manchester City Kevin De Bruyne jidher li mhux se jkun disponibbli minħabba l-injury f’wiċċu li kien sofra fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea. L-istess il-midfielder ta’ Borussia Dortmund li mhux se jkun qed jilgħab l-ewwel partita tal-grupp iżda mistenni jirritorna fit-tieni partita.
Ir-Russja se jkollhom dwell interessanti mad-Danimarka hekk kif huma t-tieni żewġ timijiet favoriti li jikkwalifkaw. Player bħall-captain Aretm Dzyuba u l-midfielder Aleksandr Golovin żgur se jkunu kruċjali fit-tim ta’ Stanislav Cherchesov. Fl-aħħar sigħat, it-tim kellu wkoll l-ewwel każ ta’ Covid-19 wara li l-player Andrei Mostovoy irriżulta pożittiv. Minfloku ssejaħ id-difensur Roman Yevgenyev.
Dan se jkun il-ħames konfront bejn iż-żewġ nazzjonijiet u l-ewwel wieħed fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej. Fil-partiti preċidenti il-Belġju rebħu tliet darbiet b’konfront wieħed jintemm fi draw. L-aħħar partita bejn iż-żewġ nazzjonijiet ironikament kienet mill-Grupp ta’ Kwlaifikazzjoni għal dan it-tournament, fl-2019 meta l-Belġju kienu rebħu 4-1.
//= $special ?>