Futbol Sport

Tottenham iħabbru lil Fabio Paratici bħala Direttur tal-Futbol

Il-club Ingliż ta’ Tottenham Hotspur ħabbru li l-eks Direttur tal-Futbol ta’ Juventus, Fabio Paratici se jkun id-Direttur il-ġdid tal-club. Paratici iffirma kuntratt ta’ tliet snin sal-2024, bil-club bħalsisa jinsab f’dikussjonijiet avvanzati mal-eks coach ta’ Roma Paulo Fonseca.

Paratici kien ilu fil-kariga ta’ Direttur tal-Futbol ma’ Juventus sa mill-2010 wara esperjenza ma’ Sampdoria bejn l-2004 u l-2009. Ma’ Juventus Paratici kien ingħata l-irwol bħala l-kap tat-taqsimiet tekniċi kif ukoll il-kariga ta’ direttur sportiv, mill-president Andrea Agnelli.