Lokali

Arrestat wara sejba droga kannabis u kokaina

Raġel ta’ 42 sena kien arrestat wara ħidma mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti mid-Dipartiment tad-Dwana, b’rabta ma’ pussess tad-droga kannabis u kokaina.

Ir-raġel kien arrestat l-Ġimgħa wara li saret tfittxija fejn instabu madwar 9Kg suspettata kannabis, misjuqa moħbija f’apparat elettroniku. Dan filwaqt li fi tfittxija fir-residenza tiegħu nstabu madwar 150g suspettata kokaina.

Il-valur fit-triq tad-droga kienet tlaħħaq kumplessivament €189,000.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret inkjesta.