Futbol Sport

Buffon viċin li jirritorna ma’ Parma

(Ritratt: EPA)

Il-goalkeeper veteran ta’ 43 sena mistenni jibqa’ jilgħab fl-Italja hekk kif se jirritorna mal-klabb li beda l-karriera tiegħu miegħu, Parma. Fl-istaġun li ġej, Parma se jkunu qed jilagħbu fis-Serie B wara li dan l-istaġun temmew fl-aħħar post.

Buffon iddebutta ma’ Parma fl-1995 (Ritratt: EPA)

Buffon iddebutta ma’ Parma fl-1995 u dam mal-klabb sal-2001 fejn lagħab 220 partita u rebaħ tliet tazzi. Buffon issieħeb ma’ Juventus fejn lagħab għal 19-il staġun qabel ma ssieħeb għal staġun wieħed ma’ PSG. Fl-istaġun ta’ wara Buffon irritorna ma’ Juventus u kien lejn l-aħħar ta’ dan l-istaġun li ħabbar li mhux se jibqa’ mal-klabb.