Internazzjonali

COVID-19: Il-G7 iwiegħed aktar minn biljun tilqima lill-pajjiżi l-foqra

Il-pajjiżi tal-G7, fit-tmiem tas-summit li sar f’Cornwall, fl-Ingilterra, wiegħdu li jwasslu ‘il fuq minn biljun tilqima kontra l-coronavirus lill-pajjiżi foqra tad-dinja.

Impenn ieħor, skont l-istqarrija finali wara s-summit, hu biex il-pajjiżi jiġġeneraw mal-$100 biljuni f’kampanja biex jonqsu l-carbon emissions li qed iwasslu għall-bidliet perikolużi fil-klima.

Wiegħda oħra tinvolvi skemi ta’ appoġġ bil-ħsieb li 40 miljun bniet oħra madwar id-dinja jingħataw edukazzjoni xierqa. Dan meta talanqas $2.75 biljuni huma mmarkati għall-Global Partnership for Education bil-għan li t-tfal kollha jkollhom ċans għal snin ta’ tagħlim li jippermettulhom għal kwalità ta’ ħajja aħjar.