Għat-tieni darba dan ix-xahar fil-Gżejjer Maltin fortunatament ma’ ġie rreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’temp ta’ 24 siegħa.
Dan tħabbar mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri, fejn saħaq li l-poplu għandu jibqa’ jżomm sod sabiex pajjiżna jikseb suċċess fuq din il-pandemija ankè fix-xhur li ġejjin.
Stephen Spiteri insista li mar-rilaxx ta’ miżuri hemm bżonn li l-Awtoritajiet jiżguraw protokolli adegwati li jipproteġu ċ-ċittadini u l-pajjiż. Huwa stqarr li flimkien u b’responsabbiltà nistgħu niksbu suċċess.
Dan kollu kien konfermat ukoll mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat ukoll li fiequ 3 persuni oħra sabiex b’hekk il-każi attivi naqsu għal 59 każ.
Fortunatament għat-18-il jum konsekuttiv ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Fl-aħħar disat ijiem pajjiżna rreġistra biss 22 każ ġdid ta’ Covid-19.
//= $special ?>