Il-Maċedonja jitilfu l-ewwel partita tagħhom f’tournament maġġuri
Fil-18-il minuta Stefan Lainer tefa’ lil Awstrija fil-vantaġġ qabel l-Maċedonja ta’ Fuq ġabu l-gowl tad-draw permezz tal-attakkant Goran Pandev, bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ 1-1.
Fit-tieni taqsima l-Awstrija kienu aktar avventurużi biex fit-78 minuta reġgħu ħadu l-vantaġġ, fejn minn cross ta’ David Alaba, Michael Gregoritsch b’volley tajjeb tefa’ fil-lasta għal 2-1. L-Awstrija komplew jiddominaw il-partita biex fl-aħħar minuta it-tim immexxi minn Franco Foda għamilhom tlieta, meta wara li dar mal-gowler Marko Arnautovic tefa’ f’ lasta vojta għal skor finali ta’ 3-1.
Awstrija : D.Bachman, S.Lainer, A.Dragovic, M.Hinteregger, A.Ulmer, Bumgartner, K.Leimer, X.Schlager, D.Alaba, M.Sabitzzer, S.Kalajdzic
Maċedonja : S.Dimitrievski, B.Nikolov, S.Ristovski, Velkovski, V.Musliu, I.Alioski, E.Bartdhi, A.Edemi, E.Elmas, G.Pandev, Traigovski
Referee : A.Eggberg
Assistenti Referees : M.Culum, S.Hallberg
//= $special ?>