EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp Ċ : Olanda 3-2 Ukrajna

L-Olanda jirritornaw fil-Kampjonati Ewropej b’rebħa, f’partita bi tmiem drammatiku

Fl-ewwel taqsima iż-żewġ timijiet kienu bilanċjati, b’Andriy Yarmolenko jkun l-aktar plejer perikoluż għal-Ukrajna. Min-naħa l-oħra l-Olanda kienu perikolużi wkoll minn azzjonijiet ta’ Geroginio Wijnaldum kif ukoll minn Denzel Dumfries, fejn minkejja li kellhom aktar pusses tal-ballun, ma rnexxielhomx jsibu x-xibka, bl-ewwel taqsima tintemm 0-0.

Fit-tieni taqsima l-Olanda għollew ir-ritmu u proprju fit-52 minuta marru fil-vantaġġ meta minn żball difensiv tal-goalkeeper Heorhiy Buschan, approfitta Georginio Wijnadlum li kkonkluda ġewwa għal 1-0. Ħames minuti wara l-Olanda rdoppjaw permezz ta’ Wout Weghorst, bil-gowl ikun validat wara konsultazzjoni mal-VAR.

Madanakollu l-Ukrajna naqqsu d-distakk permezz ta’ Andriy Yarmolenko li b’xutt mid-distanza sab ir-rokna ta’ fuq tax-xibka u għeleb lil Marteen Stekelenburg. Biex fid-79 minuta l-Ukrajna ġabu l-gowl tad-draw meta minn cross mix-xellug, kien Roman Yaremchuk li bir-ras kkonkluda fil-lasta.

Hekk kif il-partita kienet sejra għad-draw l-Olanda reġgħu kisbu l-vantaġġ fil-85 minuta meta minn cross ta’ Nathan Ake, Denzel Dumfries għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba għeleb lil goalkeeper Buschan, għal skor finali ta’ 3-2.

L-ewwel ħdax inizjali tal-partita bejn l-Olanda u l-Ukrajna :

Olanda : Stekelenburg, Dumfries, Timber, De Vrij, Blind, Aanholt, De Roon, Wijnaldum, De Jong, Weghorst, Depay

Ukrajna: Bushchan, Karavaev, Zabarnyi, Matvienko, Mykolenko, Malinovskyi, Sydorchuk, Zinchenko, Yarmolenko, Yaremchuk, Zubkov

Referee: F. Brych

Assistenti Referees: M. Borsch, S. Lupp