Raheem Sterling deċiżiv għall-Ingilterra
L-Ingilterra ħarġu fuq l-offensiva mill-ewwel minuti hekk kif il-konklużjoni ta’ Phil Foden ħabtet mal-lasta. Madanakollu l-Ingilterra naqqsu milli jiskorjaw, bil-Kroazja jibqgħu kawti u ftit li xejn resqu lejn il-lasti difiżi minn Jordan Pickford, bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 0-0.
Fit-tieni taqsima l-Ingilterra ħarġu aktar aggressivi u proprju fil-57 minuta Raheem Sterling skorja l-uniku gowl tal-partita, meta minn pass ta’ Kalvin Phillips ikkonkluda ġewwa għal skor finali ta’ 1-0.
L-ewwel ħdax inizjali tal-partita bejn l-Ingilterra u l-Kroazja:
Ingilterra: J.Pickford, K.Walker, J.Stones, T.Mings, K.Phillips, D.Rice, K.Trippier, R.Sterling, M.Mount, P.Foden, H.Kane
Kroazja: D.Livakovic, S.Vrsaljko, D.Vida, D.Caleta-Car, J.Gvardiol, M.Brozovic, A.Kramaric, L.Modric, M.Kovacic, I.Perisic, A.Rebic
Referees: D.Orsato
Assistenti referees: A.Giallatini, F.Preti
//= $special ?>