EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Il-logħba tal-futbol aktar minn sempliċiment logħba fil-ground

(Ritratt: EPA)

Dak li seħħ lil Christian Eriksen waqt il-partita ta’ lbieraħ kontra l-Fillandja żgur li ġiegħel lil ħafna jirrealizzaw kemm il-futbol huwa aktar minn sempliċiment logħba fil-ground bejn 22 player.

Il-players tad-Danimarka ffurmaw ħajt uman biex Eriksen ikun jista’ jingħata l-assistenza medika b’mod privat

Malli Eriksen deher jikkollassa, il-players taż-żewġ timijiet ixxukkjaw ruħhom u marru jagħtu l-ewwel għajnuna lill-player ta’ 29 sena. Il-partitarji wkoll warrbu r-rivalità sportiva ta’ bejniethom hekk kif il-partitarji tal-Finlandja u d-Danimrak ingħaqdu f’kor wieħed ikantaw isem ‘Chrisitian Eriksen.’

Partitarji ta’ kull tim minn madwar id-dinja, players, kowċis u ġurnalisti kollha ingħaqdu biex jitolbu għal Christian Eriksen. Dan juri li l-futbol huwa katar minn sempliċiment logħba fil-ground.

Il-players tal-Finlandja xxukkjat b’dak li kien qed iseħħ quddiemhom