Sport

It-tabib Malti David Attard ibbażat f’Hampden Park matul il-Euro 2020

It-tabib David Attard huwa wieħed mill-uffiċjali mediċi tal-UEFA matul il-Euro 2020, ibbażżat f’Hampden Park fl-Iskozja. Fil-passat t-tabib Attard kien ukoll parti mill-tim mediku fl-MFA.

Fuq il-program ‘Replay Euro 2020′ it-tabib Attard spjega x’jiġri f’każijiet bħal ma’ ġara fil-każ tal-plejer Christian Eriksen, min-naħa tat-tobba u l-uffiċjali tal-UEFA kif ukoll tat-timijiet rispettivi. Permezz tal-kapaċitajiet tiegħu fil-qasam tal-mediċina u l-isport it-tabib David Attard qed jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Euro 2020.