Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 48 sena residenti x-Xagħra Għawdex sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xagħra stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12pm meta r-raġel kien qed isuq il-mutur u, għal xi raġuni, ħabat ma’ vettura, misjuqa minn raġel ta’ 54 sena mix-Xagħra wkoll.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma qabel ma dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.