Sport Sport Ieħor

L-ewwel rebħa għal Amadeus Quick fi klassi Premier

(Ritratt: Martin Agius)

Kenneth Vella
Id-debuttant Franċiż Amadeus Quick rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2140m u għamlet parti mit-tnax-il laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet tat-trott. Fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier ġrew b’kollox tnax-il żiemel. Atout De Montbrun (Rodney Gatt) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir mid-debuttanti Celver Lymm (Cherise Farrugia) u Amadeus Quick (Clint Vassallo) u Baron De Majuag (Alessandro Grech). Madankollu f’nofs id-dritta finali Atout De Montbrun ċeda għalkollox u dlonk inqabeż minn Amadeus Quick li ħa l-ewwel rebħa f’Malta minn Baron De Majuag u Viking’s Kiss (Marius Mizzi). French Laundry (Mark Mifsud) temm fir-raba’ post.

Ir-riżultati kollha
I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Graminee Jive (R. Magro) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”) Givre Nonantais (R. Gatt) 3.
Glorieux Kyrn (N. Baldacchino) Free Angel Visais (S. Schembbri)
II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Finley Codie (R. Gatt) Ħin – 2.46” (1.17.5”) 2. Galaxie d’Azur (N. Baldacchino) Fakir De Mone (C. Calleja) 4. Gathania (C. Mercieca)
III Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Sephiro Flam (R. Delceppo) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2.
Connecticut (D. Bugeja) 3. Vaat Des Caillons (S. Schembri) 4. Mhona’s Sister (P. Galea)
IV Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. General De L’Isac (P. Galea) Ħin – 2.47” (1.18”) 2.
Khali Magdalon (C. Gauci) 3. Croque Tout (J. Gafa’) 4. Firewall Fac (C. Grech)
V Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Collins De Bucy (R. Gatt) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. El Gusto (Cherise Farrugia) 3.
Cooper Club (R. Abela) 4. Ultimate Love (J. Zahra)
VI Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fleirel Vedaquais (C. Farrugia) Ħin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Butin Malin (D.
Gatt) 3. Bonus De Juigne (N. Barbara) 4. Udako (A. Farrugia)
VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Amadeus Quick (C. Vassallo) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Baron De Majuag
(A. Grech) 3. Viking’s Kiss (M. Mizzi) 4. French Laundry (M. Mifsud)
VIII Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Special Offer (M. Ellul) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Verdi De Tillard (M. Fenech) 3.
Venicio Bello (A. Cassar) 4. Bots Dub’s (J. Briffa)
IX Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Avenir d’Or (Cherise Farrugia) Ħin – 2.46.5” (1.17.8”)Charming Soldier (N. Baladacchino) 3. Bicetre (P. Galea) 4. Clara Du Bocage (M. Farrugia)