EURO 2020 Sport

Luka Modric jattakka l-midja Ingliża

Il-captain tal-Kroazja Luka Modric ikkritika bl-aħrax il-midja u l-kummentaturi Ingliżi qabel il-partita tal-lum kontra l-Ingilterra. Modric qal li l-ġurnalisti u l-kummentaturi Ingliżi huma “arroganti” fid-diskors tagħhom dwar il-possbilititajiet li l-Ingilterra jirbħu dan it-tournament.

Madanakollu, Modric tenna li l-Ingilterra huma fost il-favoriti li jirbħu l-Euro 2020, anke għaliex se jkunu qed jilagħbu l-maġġoranza tal-partiti tagħhom f’Wembley Stadium, fl-Ingilterra. Għalkemm Modric ikkritika lil midja Ingliża li huma kunfidenti iżżejjed, hu stqarr li l-coach Gareth Southgate u l-plejers Ingliżi m’għandhomx dawn l-istess karattersitiċi, filwaqt li faħħar iż-żagħżagħ li għandhom fl-iskwadra.