EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

“Ma kellniex nilagħbu” – Kasper Hjulmand, kowċ tad-Danimarka

Kasper Hjulmand

Il-kowċ tad-Danimarka, Kasper Hjulmand, l-għada ta’ dak kollu li ġara fil-partita kontra l-Finlandja, ammetta li għandu rimors li komplew jilgħabu l-partita. “għaliex il-plejers kienu għadhom ma jafux jekk tilfux l-akbar ħabib tagħhom.”

Id-Daniżi kienu mogħtija l-għażla jekk ikomplux il-bqija tal-partita jew le, wara li l-midfielder tagħhom, Christian Eriksen, ikkollassa f’daqqa, mingħajr ebda kuntatt ma’ ħadd, fit-43 minuta. Il-partita tkompliet wara aktar minn 90 minuta wieqfa, u d-Danimarka tilfu 1-0 kontra l-Finlandja. Kowċ Hjulmand qal dan waqt konferenza stampa, l-għada tal-partita.