Lokali

Raġel jissielet għal ħajtu wara li waqa’ sular minn gallarija

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ nazzjonalità Sirjana spiċċa jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar sular minn gallarija.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu fi Triq Sant’Antnin f’Wied il-Għajn meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 31 sena waqa’ għal isfel.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku tal-ambulanzi li ġew imsejħa fil-post u sussegwentament ħadu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn kien iċċertifikat li ġarrab ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa b’rabta mal-każ.