Sport Sport Ieħor

SportExtra : Speċjali minn Ruma għal Euro2020

SPORT EXTRA ta’ llum li jixxandar fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem huwa wieħed speċjali li Charles Camenzuli ipproduċa waqt EuroStart b’rabta mas-16 l-Edizzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa – Euro2020.

Matul il-programm fejn ma tonqosx wkoll ir-riferenza b’filmati b’rabta mas-suċċess li l-Italja kellha fl-edizzjoni tal-1968 tal-istess Kampjonat, Charles Camenzuli intervista lil Gianfranco Coppola – President tal-Assoċjazzjoni tal-ġurnalisti tal-isport fl-Italja u direttur ta’Rai3 Campania, Eraldo Pecci – eks-plejer tat-tim Nazzjonali Taljan, illum opinjonista RAI , Dott. Antonio Matarrese Eks-vici President FIFA u UEFA . Membru Onorarju FIGC u Eks-President FIGC 1987 – 1996 , Ivan Zazzaroni, Direttur Responsabbli : Guerin Sportivo u opinjonista RAI , Giancarlo De Sisti Eks-plejer tat-tim Nazzjonali Taljan, Rebbieħ Kampjonat tal-Ewropa 1968 , Vito Cozzoli President : Sport e Salute Spa. Responsabbli għal Stadio Olimpico kif wkoll lil Dott.Gabriele Gravina President : Federazzjoni Taljana tal-Futbol – FIGC                                                                               

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Marco Marcantonio u Carmine Giannatasio.