EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

“Tkellimna ma’ Eriksen, il-kundizzjoni tiegħu hija stabbli”- l-FA Daniża

(Ritratt: EPA)

L-FA Daniżi fi staqrrija uffiċjali qalet li dalgħodu tkellmu ma’ Chrisitian Eriksen fejn bagħat it-tislijiet tiegħu lil sħabu fit-tim. L-istess stqarrija qalet li Eriksen jinsab f’kundizzjoni stabbli u se jibqa’ jinżamm fl-isptar għall-aktar testijiet.

L-istqarrija temmet billi rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtu l-awgurju tagħhom lil Chrsitian Eriksen u anke lill-players Daniżi f’mument daqshekk diffiċli. C

Christian Eriksen ikkollassa lbieraħ waqt l-ewwel partita minn Grupp B kontra l-Finlandja fejn kellu jittieħed l-isptar wara li għal xi ħin intilef minn sensieh. Ir-raġuni ta’ dan għadha mhix magħrufa uffiċjalment.