Għall-ħabta tal-12.15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza privata li tinsab fi Triq Patri Magri, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Għargħur, weġġa’ waqt li kien qed jaħdem ġewwa r-residenza li tinsab taħt kostruzzjoni. Jidher li waqt li kien qed jaħdenm, sfronda s-saqaf bih u waqa’.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lill-vittma mir-residenza, tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>