EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp D: Skozja 0 – 2 Repubblika Ċeka

(Ritratt: EPA)

Il-goalkeeper Tomas Vaclik strumentali f’rebħa għar-Repubblika Ċeka

Wara li fl-ewwel taqsima, l-Iskozja ddominaw tul il-45 minuta, kienu r-Repubblika Ċeka fil-41 minuta li fetħu l-iskor meta minn cross minn fuq ix-xellug, ta’ Vladimir Coufal, kien l-attakkant Patrik Schick li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Marshall.

Il-gowl skorjat minn Patrik Schick fil-41 minuta li tefa’ lir-Repubblika Ċeka fil-vantaġġ

Fit-tieni taqsima, minkejja n-numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor li ħolqu l-Iskozja, sabu lill-goalkeeper Ċek Tomas Vaclik fl-aqwa forma hekk kif ċaħħad lill-players Skoċċiżi numru ta’ drabi. Ir-Repubblika Ċeka li kienu qed joperaw bil-kontra attakk tul it-tieni taqsima, skorjaw it-tieni gowl fit-52 minuta meta kien għal darb’oħra l-attakkant Patrik Schick li b’intelliġenza qabad lill-goalkeeper Marshall barra minn postu u qabbeż minn fuqu b’konklużjoni minn nofs il-ground.

Il-gowl ta’ Patrik Schick wara li qabad lill-goalkeeper David Marshall barra l-linja tiegħu

Skozja: D. Marshall, G. Hanley, L. Cooper, J. Hendry (C. Mc Gregor 67′), S. O’Donnell, S. Armstrong (R. Fraser 67′), J. Mc Ginn, S. Mc Tominay, A. Robertson, L. Dykes (K. Nisbet 79′), R. Christie (C. Adams 46′)

Repubblika Ċeka: T. Vaclik, V. Coufal, O. Celustka, T. Kalas, J. Boril, L. Masopust (M. Vydra 72′), T. Soucek, A. Kral (T. Holes 67′), J. Jankto (A. Hlozek 72′), V. Darida (P. Sevcik 87′), P. Schick (M. Krmencik 87′)

Referee: D. Siebert

Assistenti referees: J. Seidel, R. Foltyn