EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp E: Polonja 1 – 2 Slovakkja

Skriniar jagħti rebħa importanti lill-Islovakkja

Bl-ewwel taqsima tkun waħda bilanċjata, kienu l-Islovakkja li fetħu l-iskor wara 18-il minuta meta l-konklużjoni ta’ Robert Mak ħabtet mal-wieqfa, bil-ballun jaħbat ma dahar Wojciech Szczesny u jidħol fix-xibka għal 1-0, bil-goalkeeper Pollakk jsir l-ewwel goalkeeper li għamel awto-gowl.

Il-gowl li tefa’ lill-Islovakkja fil-vantaġġ fit-18-il minuta

Fit-tieni taqsima, il-Polonja mal-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u ġabu l-iskor indaqs fis-46 minuta fejn minn pass ta’ Rybus, kien Karol Linetty li b’xutt bix-xellug għamilhom 1-1. Fit-62 minuta huma spiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċa Grzegorz Krychowiak għat-tieni karta safra. Biex fid-69 minuta id-difensur Milan Skriniar għamilhom 2-1 meta wara li Marek Hamsik niżżel tajjeb bir-ras, ikkonkluda ġewwa.

Polonja: W. Szczesny, B. Bereszynski, K. Glik, J. Bednarek, M. Rybus, K. Linetty, G. Krychowiak, M. Klich, K. Jozwiak, R. Lewandowski, P. Zielinski

Slovakkja: M. Dubravks, P. Pekarik, L, Satka, M. Skriniar, T. Hubocan, J. Kucka, J. Hromada, L. Haraslin, M. Hamsik, R. Mak, O. Duda

Referee: O. Hategan

Asisstenti referees: R. Ghinguleac, S. Gheorghe