EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp E : Spanja 0-0 Żvezja

Minkejja l-pusses tal-ballun Spanja ma jirnexxielhomx jegħlbu lill-Iżvezja

Fl-ewwel taqsima minkejja d-dominanza fil-pusses tal-ballun, Spanja naqqsu milli jinfdu d-diża Żvediża, b’Daniel Olmo jersaq viċin il-gowl fil-15-il minuta, meta d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet salvata tajjeb mill-goalkeepr Żvediż. Alvaro Morata wkoll kien viċin fit-38 minuta meta l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra. Fl-40 minuta Spanja ħelsuha ħafif hekk kif il-konklużjoni ta’ Alexander Izak ħabtet ma’ Marco Llorente u stampat mal-lasta, bil-goalkeeper Unai Simon jsalva tajjeb.

Fit-tieni taqsima l-partita ntlagħbet fin-nofs difiż mill-Iżvezja bi Spanja jkomplu jżommu r-ritmu fil-pusses tal-ballun. Madanakollu huma ma rnexxielhom jsibu l-gowl li jtijhom l-ewwel tliet punti fil-Euro 2020, bl-Iżvezja jagħlqu tajjeb l-ispazji u jiksbu punt li jaf jkun importanti biex jagħmluha mal-aħħar sittax. Il-goalkeeper Żvesiż Olsson kien ukoll strumentali hekk fid-90 minuta salva tajjeb daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Gerard Moreno.

L-ewwel ħdax inizjali tal-partita bejn Spanja u l-Iżvezja huma dawn :

Spanja : U.Simon, M.Llorente, A.Laporte, P.Torres, J.Alba, Koke, Rodri, Pedri, F.Torres, A.Morata, D.Olmo

Żvezja : R.Olsen, M.Lustig, V.Lindelof, M.Danielson, L.Augustinsson, A,Ekdal, K.Olssen, S.Larsson, E.Forsberg, A.Isak, M.Berg

Referee : S. Vinčić

Assistenti Referees : T. Klančnik , A. Kovačič