EURO 2020 Gruppi Sport

Goran Pandev, it-tieni l-akbar skorer fl-istorja tal-Euro

Il-captain tal-Maċedonja Goran Pandev sar it-tieni l-akbar skorer fil-kompetizzjoni tal-Euro fl-eta’ ta’ 37 sena 321 ġurnata. Il-gowl ta’ Pandev li daħal fl-istorja tal-Euro wasal fit-28 minuta tal-partita kontra l-Awstrija, b’Goran Pandev iġib id-draw għat-tim tiegħu wara l-gowl ta’ Stefan Lainer għall-Awstrija.

Pandev jinsab fit-tieni post tal-lista tal-akbar skorers f’din il-kompetizzjoni, bl-Awstrijakk Ivica Vastic jkun l-ixjaħ plejer li qatt skorja fil-Euro, fl-eta’ ta’ 38 sena 257 ġurnata. Il-gowl ta’ Vastic imur lura għall-edizzjoni tal-Euro 2008, fejn kien skorja kontra l-Polonja.

Minbarra li huwa rebbieħ tal-UEFA Champions League ma’ Inter fl-2010, Pandev huwa wkoll l-aqwa skorer ta’ kull żmien għall-Maċedonja ta’ Fuq, bi 38 gowl f’karriera internazzjonali ta’ 20 sena.