Futbol Sport

Il-Brażil jibdew it-tournament tal-Copa America b’rebħa

(Ritratt: EPA)

Il-Brażil bdew il-Copa America b’rebħa komda ta’ 3-0 fuq il-Venezwela, tim li kellu bosta players nieqsa minħabba l-Covid-19.

Il-Brażil fetħu l-iskor wara 23 minuta meta kien Marquinhos li approfitta minn nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiżi tal-Venezwela. Il-Brażil ħasbu li rduppjaw iżda l-gowl ta’ Richarlison fl-ewwel taqsima kien imħassar għall-offside. Neymar għamilhom 2-0 permezz ta’ penalty fl-64 minuta biex mbgħad lejn it-tmiem kien Barbosa Almeida li għamel l-iskor finali 3-0.

Intant f’partita oħra minn Grupp B, l-Ekwador għelbu lill-Kolumbja 1-0. Il-gowl deċiżiv f’din il-partita kien skorjat minn Edwin Cardona ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima.