Enerġija Lokali

Il-Gvern jgħid li l-interconnector jaħdem bl-idroġenu

Skont il-Gvern ta’ Robert Abela u l-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia…l-interconnector jaħdem bl-idroġenu.

Meta t-Tnejn filgħodu, Net News stqasa lil Aaron Farrugia għaliex il-Gvern mhux juża l-orħos sors ta’ enerġija u l-aktar sors nadif, il-Ministru tal-Ambjent spiċċa jgħidilna li l-interconnetor jaħdem bl-idroġenu…

Inkompli nħeġġeġ il-ħidma li qed tagħmel l-kollega tiegħi, il-Ministru Miriam Dalli illi fl-aħħar ġranet konna fil-Lussemburgu, fejn innegozjajna interconnector ġdid li jista’ jaħdem bl-idroġenu.

…meta kulħadd jaf li din hija stqarrija żbaljata. U l-Gvern lanqas biss jaf id-differenza bejn pipiline tal-idroġenu, u l-interconnector – li huma żewġ sorsi differenti.

Intant, lill-Ministru Farrugia bqajna nistqasuh għaliex bħalissa l-Gvern mhuwiex juża l-massimu tal-interconnector.

“Għal darb’oħra l-poplu Malti għandu moħħu mistrieħ….”

Għal domanda li saqsejniha darba tnejn tlieta, dwar jekk hux se jżid il-konsum mill-interconnector, il-Ministru għażel li ma jweġibx…u dar fuq il-ġurnalisti l-oħrajn.

“Weġibtek naħseb illum, hawn il-ġurnalisti l-oħrajn”

Mill-2017 sal-lum, pajjiżna uża biss terz tal-enerġija provduta mill-Interconnector, minkejja li dan jibqa’ l-orħos sors ta’ enerġija u l-aktar sors nadif.