Mill-2017 sal-lum, pajjiżna uża biss terz tal-enerġija provduta mill-Interconnector, minkejja li dan kien l-orħos sors ta’ enerġija.
L-interconnector beda jopera fl-2015 – wieħed mill-ahhar proġetti li kien tfassal minn Gvern Nazzjonalista. Iżda malli bdiet l-Electrogas fl-2017, il-konsum mill-Interconnector nizel għal 51%…. u dan kompla jonqos biex fl-2020 pajjiżna kien qed juża biss 22% tal-enerġija provduta mill-Interconnector.
F’analiżi dettaljata waqt il-programm Net Live, il-Kelliem tal-PN għall-Enerġija Ryan Callus spejga eżatt id-daqqa ta’ ħarta li ħa l-interconnector meta beda jopera l-impjant tal-Electrogas.
Dan kollu huwa prova ċara ta’ kemm il-poplu Malti ħallas miljuni ta’ ewro aktar f’kontijiet tad-dawl u l-ilma minħabba li pajjiżna ntrabat li jixtri bilfors mill-Electrogas – illi mhux l-irħas sors ta’ enerġija.
Iċ-ċifri li preżentat il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli fil-Parlament jikkonfermaw dan kollu; li pajjiżna uża biss terz tal-energija li kapaci jaghtina l-interconnector, meta dan kien irħas. Ghalkemm il-Ministru Dalli …meta affaċjata bid-domandi ta’ Net News…baqgħet tinsisti li pajjiżna qed jagħmel użu massimu mill-Interconnector
L-interconnector dejjem ta lil pajjiżna l-irħas prezzijiet ta’ enerġija f’ħinijiet partikolari, bl-użu tiegħu limitat mill-kundizzjoni tat-take-or-pay ta’ 70% tal-enerġija ġġenerata mill-Electrogas li Gvern Laburista rabatna magħha għal 18-il sena.
Fil-fatt, l-Awditur Ġenerali kien sab li fuq mhedda ta’ 6 xhur, l-interconnector ma kienx utilizzat kemm mixtieq fl-interess nazzjonali, biex spiċċajna ħallasna €10,000,000 iktar għax konna marbutin li nixtru mill-Electrogas…. meta l-interconnector kien irħas.
//= $special ?>