Lokali

Il-Malta Police Association tbiddel isimha għall-Malta Police Union

Il-Malta Police Association, Trade Union li tirrappreżenta l-interessi tal-Uffiċjali tal-Pulizija u l-impjegati tal-Korp tal-Pulizija f’Malta u Għawdex, ħabbret li għamlet tibdil fl-isem, li issa se jkun The Malta Police Union. Din il-bidla saret sabiex tirrifletti aktar ir-realtà li l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta hija Trade Union.

L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta ’Malta kienet pijuniera meta ġiet biex tissalvagwardja d-drittijiet tal-uffiċjali tal-pulizija mis-26 ta’ Lulju 1955.

Permezz tal-eżistenza tagħha l-MPA mxiet minn assoċjazzjoni interna għal unjoni tal-ħaddiema. Il-Malta Police Union se tkompli tkun indipendenti, mingħajr ebda rabta diretta ma’ xi Union jew organizzazzjoni oħra.