Wara li aktar kmieni x-xahar li għadda dan is-sit żvela li Manchester United se jkunu qed iżuru pajjiżna għall-kamp ta’ taħriġ, rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li t-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer se jkun qed jilgħab partita ta’ ħbiberija fit-3 ta’ Awwissu li ġej.
L-istess rapporti qed jindikaw ukoll li l-partita se tkun qed tintlagħab wara bibiex magħluqa, bil-partita se tkun bħala parti mill-kamp ta’ taħriġ.
//= $special ?>