Lokali Parlament

Il-postijiet tax-xogħol għandhom joffru servizzi lill-ħaddiema bi problemi ta’ saħħa mentali

Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea appella biex il-postijiet tax-xogħol għandhom joffru servizzi lill-ħaddiema bi problemi ta’ saħħa mentali.

Fil-parlament Mario Galea sellem lill-madwar 3,000 infermiera minn madwar id-dinja li mietu fil-COVID 19 u lill-uffiċjali Maltin li ħadmu quddiem din il-pndemija.

Hu sostna li l-problemi ta’ saħħa mentali huma fost il-kawżi ewlenin tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol. Jirriżulta li l-persuni li jkunu qed isofru problemi ta’ saħħa mentali huma f’riskju ikbar li jkollhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Id-deputat Nazzjonalista qal li 70% tal-persuni li jkunu qed isofru mid-dipressjoni ma jieħdu l-kura minħabba l-istidma fis-soċjetà. Hu tkellem dwar l-importanza tal-funzjoni tal-moħħ fil-ġisem u qal li jeħtieġ li l-persuni li jkunu għaddejjin min diffikultajiet menatli jsibu l-appoġġ għaliex jekk dawn il-persuni jintilfu, il-postijiet tax-xogħl ikunu tilfu persuni validi li jistgħu jagħtu kontribut.

Il-problemi ta’ saħħa mentali jikkaġunaw numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u huma ta’ periklu kemm għalihom kif ukoll għall-kollegi tagħhom. Hemm numru ta’ ħaddiema li jaraw biss l-apparat li jaħdmu quddiemu għal ħinijiet twal bla ma jaraw is-sema jew ix-xemx.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali m’għandhomx ikunu mwarrba minn promozzjonijiet fuq il-post tax-xogħol. Hu semma’ t-telfien ta’ produzzjoni fuq il-post tax-xogħol minħabba s-saħħa mentaliu spjega kif il-persuni bi problemi mentali jispiċċaw jabbużaw anki bix-xorb. Għahekk jeħtieġ li jkun hemm is-servizzi meħtieġa fuq il-postijiet tax-xogħol.