Il-Ministri tal-Gvern Ingliż iffirmaw deċiżjoni li tipposponi t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-Coronavirus fl-Ingilterra li kienu skedati għal 21 ta’ Ġunju. Jidher li r-regoli imposti bħalissa ser ikunu qed jibqgħu fis-seħħ għal ħames ġimgħat oħra.
Dan ifisser li n-nightclubs se jibqgħu magħluqa u n-nies se jkunu mħeġġa biex xorta jaħdmu mid-dar fejn possibbli. Il-Prim Ministru Boris Johnson mistenni jikkonferma dan aktar tard illum matul konferenza tal-aħbarijiet.
Fil-jiem li ġejjin mistenni wkoll jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar din id-deċiżjoni.
//= $special ?>