Lokali

Evarist Bartolo joħodha qatta’ bla ħabel kontra Engerer u Agius Saliba

Il-Ministru Evarist Bartolo ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-MEPs Laburisti Cyrus Engerer u Alex Agius Saliba. Dan wara li ftit tal-jiem ilu, fi Strasburgu…. waqt il-plenarja tal-Parlament Ewropew… iż-żewġ MEP’s tal-Partit Laburista ikkonfermaw li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.

F’din is-sessjoni tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba u Cyrus Engerer ivvotaw favur parti minn rapport li jsejjaħ sabiex materji ta’ Politika Barranija u Sigurta’, ma jibqgħux deċiżi bi qbil unanimu bejn l-iStati Membri. Dan ifisser li Malta ma tkunx tista’ twaqqaf inizzjattivi li jmorru kontra l-politika barranija u n-newtralita’ tagħha – fi kliem semplici, jitnehha l-veto li ghandu pajjizna f’dawn ic-cirkustanzi.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Evarist Bartolo saħaq li Malta m’għandix ċċedi d-dritt tal-VETO. Dan għaliex pajjiż żgħir bħal Malta jispiċċa ma jistax isemma leħnu, anke jekk għalih hemm prinċipju fundamentali fin-nofs.

Din kienet waħda mis-sensiela ta’ kitbiet ta’ Evarist Bartolo fejn jikkritika u jwassal id-diżappunt tiegħu għad-deċiżjonijiet li jieħdu l-membri tal-Partit tieghu stess. U fil-kaz ta’ Cyrus Engerer u Alex Agius Saliba…kien l-uniku wiehed mil-Lejber illi kixef verament x’tifsira kollu l-vot taghhom.

Dan il-vot tal-MEPs Laburisti jew ifisser bidla drammatika fil-politika barranija jew l-Ewroparlamentari Laburisti ma kellhomx idea dwar xiex qed jivvotaw.