EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Jesse Lingard jara l-partita tal-Ingilterra f’pub wara li ma kienx imsejjaħ minn Southgate

Il-midfielder ta’ Manchester united Jesse Lingard għażel li jara l-ewwel partita minn Grupp D bejn l-Ingilterra u l-Kroazja minn pub fl-Ingilterra.

Lingard kien imsejaħ fl-iskwadra proviżorja ta’ Gareth Southgate għall-Euro 2020 iżda ma rnexxielux jagħmilha mas-26 player. Minkejja dan, Lingard xorta għażel li jsegwi lil sħabu minn pub fejn kien ukoll liebes il-flokk ta’ sieħbu Declan Rice.