Il-midfielder Skoċċiż John McGinn eżatt wara t-telfa ta’ 2-0 kontra r-Repubblika Ċeka qal li l-attenzjoni tal-players Skoċċiżi issa ddur fuq il-partita ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Ingilterra.
Din se tkun l-ewwel partita f’tournament maġġuri bejn l-Ingilterra u l-Iskozja fejn telfa għall-Iskozja tkun tfisser li t-tim ta’ Steve Clarke jkun eliminat. Dwar il-partita ta’ llum, McGinn qal li huwa riżultat diżappuntanti hekk kif minkejja li l-Iskozja lagħbu logħba tajba naqsu milli jsarrfu l-okkażjonijiet li ħolqu f’gowls.
//= $special ?>