EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

“L-attenzjoni tagħna fuq il-partita f’Wembley nhar il-Ġimgħa” – John McGinn

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Skoċċiż John McGinn eżatt wara t-telfa ta’ 2-0 kontra r-Repubblika Ċeka qal li l-attenzjoni tal-players Skoċċiżi issa ddur fuq il-partita ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Ingilterra.

Din se tkun l-ewwel partita f’tournament maġġuri bejn l-Ingilterra u l-Iskozja fejn telfa għall-Iskozja tkun tfisser li t-tim ta’ Steve Clarke jkun eliminat. Dwar il-partita ta’ llum, McGinn qal li huwa riżultat diżappuntanti hekk kif minkejja li l-Iskozja lagħbu logħba tajba naqsu milli jsarrfu l-okkażjonijiet li ħolqu f’gowls.