EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

“Li komplejna l-partita kienet deċiżjoni ħażina” – Martin Braithwaite

(Ritratt: EPA)

Il-player Daniż Martin Braithwaite qal li l-partita kontra l-Finlandja tkompliet kienet deċiżjoni ħażina wara dak li ġara lil Christian Eriksen.

Eriksen ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima fil-partita kontra l-Finlandja kkollassa bil-partita tkun posposta għal xi ħin sakemm l-istess player ingħata l-ewwel għajnuna u nħareġ mill-ground. Il-players kollha fil-ground kienu maħsuda b’dak li ġara iżda l-UEFA ddeċidiet li l-partita titkompla fejn sussegwentament, kienu l-Finlandja li ħarġu rebbieħa 1-0.