Fi stqarrija maħruġa mill-aġent tiegħu, Christian Eriksen qal li jħossu ħafna aħjar u mhux se jaqta’ qalbu, wara li sofra attakk tal-qalb matul il-partita bejn id-Danimarka u l-Finlandja.
Eriksen kellu bżonn madwar 13-il minuta ta’ CPR qabel ittieħed l-isptar fejn kien u għadu f’kundizzjoni stabbli.
Fl-ewwel stqarrija tiegħu maħruġa minn Gazzetta dello Sport, Eriksen irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod għinuh f’dak il-mument diffiċli, filwaqt li saħaq li jrid jkun jaf u jiskopri x’kienet il-kawża ta’ din l-esperjenza tant kerha.
Eriksen għadu fl-isptar f’Kopenhagen akkumpanjat mis-sieħba tiegħu Sabrina, ommu u missieru. Il-Ħadd kellu żjara wkoll mill-captain tat-tim Daniż Simon Kjaer kif ukoll mill-goalkeeper Kasper Schmeichel, li kienu fost l-ewwel nies li tawh l-ewwel għajnuna meta kkolassa fil-partita tas-Sibt.
//= $special ?>