Lokali

Miriam Dalli tinsa lin-negozji ż-żgħar

Il-Ministru Miriam Dalli mhux biss injorat is-suggett tal-interconnector, iżda spiccat injorat ukoll lill-mijjiet ta’ negozji zghar illi qed jintlaqtu mis-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fost dawk li qed jintlaqtu direttament mis-serqa fil-kontijiet hemm stationaries, hwienet tal-hwejjeg, ufficcji ta’ professjonisti u diversi hwienet zghar fl-irhula – kollha qed jinsterqu mill-mod kif qed tithaddem is-sistema tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Izda fl-opinion article illi kitbet fit-Times, Miriam Dalli injorat ghal kollox lil dawn in-negozji kollha u lill-haddiema li jimpjegaw, filwaqt li l-Gvern qed jibqa’ jirrezisti milli jindirizza din il-hadma…li qed taffetwa wkoll eluf ta’ familji Maltin u Ghawdxin.

Il-Ministru tal-Energija tindika li l-Gvern ghadu qed “jistudja” kif jista jhaddem “sistema gusta” – xi haga li l-Gvern Laburista ilu jwieghed tliet snin shah.