Lokali Parlament

Pajjiżna ma jistax jitlef il-ġlieda kontra d-droga; il-PN bi proposti konkreti

Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami appella biex il-problema tad-droga ma tkunx politiċizzata għaliex il-pajjiż ma jistax jitlef il-ġlieda kontra d-droga.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwr il-Mediċini Perikolużi Beppe Fenech Adami qal li fl-aħħar 30 sena Malta ffaċċjat r-realtà tal-problema tad-droga u ta’ evuluzzjoni ta’ kif din il-probema tkun trattata.

Hu tratta d-distinzjoni bejn it-traffikanti u dawk li jużaw id-droga u qal li fil-konfront tat-traffikanti l-pajjiż daħħal liġijiet iebsa ħafna; dwar dan hemm konsensus fil-pajjiż għaliex dawn huma qattiela ta’ wlied il-poplu. Hemm ukoll il-kunċett ta’ dawk li jaqsmu d-droga ma’ ħaddieħor iżda l-persuni ma jkunux traffikanti.

Il-ġudikanti issa qed jingħataw iktar spazju biex meta jkun hemm każi quddiemhom, huma ma jkollhom idejhom marbutin biex imorru għall-għola piena iżda jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi tal-każi quddiemhom.

Il-Qorti tikkunsidra bir-reqqa lill-persuni li jkollha quddiemha meta tiġi biex tagħti s-sentenza; il-pajjiż irid ikollu l-kuraġġ li jafda iktar lill-ġudikatura biex tiddeċiedi. Il-qrati għadu jkollhom l-ispazju biex japprezzaw il-każi quddiemhom u jiddeċiedu s-sentenza ġusta.

Beppe Fenech Adami tratta l-każi fejn l-akkużati jgħinu lill-pulizija biex jinqabdu traffikanti tad-droga f’dinja li topera fuq it-theddid, il-kriminalità, l-omertà u l-biża’.

Hu spjega kif il-liġi tipprovdi għal dan permezz tal-maħfriet Presidenzjali fost miżuri oħra u kompla li jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn minkejja li persuna tgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija, il-persuna akkużata tkun liberata xorta waħda.

Id-deputat Nazzjonalista li l-qrati jistgħu joqgħodu fuq xhieda ta’ persuna waħda kompliċi mingħajr il-bżonn li x-xhieda tkun ikkorraborata biex tinstab ħtija.

L-emenda li qed iressaq il-gvern timponi l-obbligu fuq il-Qort li f’ġuri l-ġurati jingħaatw direzzjoni direzzjoni mill-qorti biex jiżnu x-xhieda qabel jmorru għall-verdett. Dan hu mod kif jinstab bilanċ, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li din il-ġimgħa saret qabda kbira ta’ droga fil-pajjiż li tiswa l-miljuni.

Hu sostna li id-droga ma kinitx għall-konsum lokali u għalhekk hu inkwetanti li Malta għadha parti mrir-otta ta’ traffikar ta’ droga fuq livel massiċċ u enormi. Dan jeffettwa negattivament l-isem ta’ Malta fl-oqsma ta’ trasbord u merkanzija.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa kif meta persuna tinqabad tpejjep joint titressaq il-qorti iżda f’każi kbar ta’ qabdiet ta’ droga ma jinqabad ħadd; la f’Malta u lanqas barra minn Malta.

Hu sostna li l-iktar mod faċli kif timporta d-droga hu permess tal-posta u għalhekk il-pulizjja għandhom iħallu l-merkanzija tasal fid-destinazzjoni biex imbagħad jaqbdu lil dawk involuti.

Malta għamlet pass kbir ‘il quddiem fid-diskriminalizzazzjoni tad-droga fejn jekk persuna tinqabad b’ammont żgħir ta’ droga teħel biss multa.

Hu appella biex il-kwistjoni dwar iktar dikriminalizzazjoni tal-cannabis ma tkunx politiċizzata għaliex din hi kwistjoni ta’ età fejn iż-żgħażagħ ma jridux li xi ħadd jindaħallhom u dawk li huma ikbar jinkwetaw b’din ir-realtà. Il-pajjiż jinsab f’salib it-toroq u din il-kwistjoni m’għandhiex tkun politiċizzata iżda jkun ikkunsidrat il-ġid komuni, appella Beppe Fenech Adami.

Id-deputat Nazzjonalista tratta l-bord tal-persuni li jabbużaw mid-droga fejn persuni li jidhru l-ewwel darba jeħlu multa iżda met dwn iisiru riċedivi, l-pajjiż għandu responsabbiltà li dawn il-persuni jkunu mgħejjuna.

Beppe Fenech Adami qal li l-pajjiż għandu realtà serja ħafna dwar id-droga u tratta l-problema fil-ħabs. Il-PN nieda proposti biex jitnaqqas l-iffullar fil-ħabs; il-PN kellu l-kuraġġ li fl-ewwel proposti li gamlu l-clusters kienu proposti li jindirizzaw minoranza ta’ nies. Il-PN hu l-vuċi tal-minoranzi fil-pajiż, ta min m’għandux vuċi u għandu l-kuraġġ li jagħmel proposti li ma jagħmluħx popolari iżda huma mnebbħa mis-sewaa.

Fil-ħabs bħalissa hemm id-doppju tal-persuni li suppost bi 821 ħabsi. Fi Frar kien hem hemm 469 ċella ta’ tliet u tliet metri, li minnhom 266 jesgħu persuna waħda waqt li 206 għandhom żewġ sodod. Hemm ukoll 350 persuna jinżammu fi 15-il dormitorju; 23 persuna f’kull dormitorju. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm iktar ċelel. Bħalissa hemm 200 ċella li huma disinjati li jospitaw persuna waħda iżda qed jospitaw żewġ persuni; bla privatezza u bil-problemi kollha.

F’Marzu kien hemm 821 persuna l-ħabs li minnhom 457 kienu priġunieri barranin; iktar min-nofshom. Il-PN ippropona wkoll lil-persuni barranin jistgħu jiskontaw is-sentenzi f’pajjiżhom. Il-PN hu kontra li priġunieri jintbgħatu f’postijiet fejn m’hemmx drittijiet tal-bniedem.

Fil-ħabs hemm numru ta’ priġunieri ġejjin minn pajjiżi tal-UE, mir-Renju Unit, mill-Amerika u mhux biss minn pajjiżi Afrikani. Jirriżulta li fl-aħħar ħames snin Malta rripatrijat tliet priġunieri biss.

Beppe Fenech Adami qal li hemm ukoll terz tal-priġunieri bla ma hemm sentenza fil-konfront tagħhom u propona li jinħatru iżjed maġistrati biex din is-sitwazzjoni tkun irranġata għaliex fost dawn jista’ jkun persuni mhux ħatja.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jrid ikun hemm ħsieb dwar il-libertà proviżorja u l-elctronic tagging. Il-PN qed jitratta wkoll il-problema tad-droga fil-ħabs fejn is-sitwazzjoni llum hi li 25% tal-priġunieri kellhom kuntatt mad-droga iżad l-ammont ta’ persuni fil-programmi tal-Caritas huma ftit wisq.

Jeħtieġ li s-sistema tal-parole tkun indirizzata biex tkun mtejba għaliex hemm ftit wisq priġunieri li qed jieħdu l-vantaġġi ta’ din is-sistema, sostna Beppe Fenech Adami.