EURO 2020 Gruppi Sport

Pedri huwa l-iżgħar plejer li lagħab għall-Spanja fil-Euro

Il-midfielder ta’ Barcelona Pedri Gonzalez-Lopez sar l-iżgħar plejer li rrappreżenta lil Spanja fil-kompetizzjoni tal-Euro, hekk kif beda l-partita kontra l-Iżvezja. Pedri għandu biss 18-il sena 201 ġurnata.

Pedri iddebutta ma’ Barcelona dan l-istaġun fir-rebħa kontra Villarreal f’Settembru li għadda, wara li ngħaqad magħhom mingħand Las Palmas. Min-naħa l-oħra mat-tim nazzjonali Spanjol iddebutta f’Marzu li għadda kontra l-Greċja.