Dalgħodu għall-ħabta tas-5:45am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Xħajma, limiti tax-Xewkija, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li vettura tat-tip Mitsubishi, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti n-Nadur, Għawdex, ħabtet ma’ siġra.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>