Sport Sport Ieħor

Sarah Xuereb u Kenneth Arpa jirbħu l-Memorial iddedikat lil Silvio Anastasi, Sammy Borg u Roy Swift

Sarah Xuereb u Kenneth Arpa rebħu l-Memorial iddedikat lil Silvio Anastasi, Sammy Borg u Roy Swift. Dan kien l-ewwel avveniment organizzat mill-MTBA sa minn wara l-waqfa minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

B’kollox f’dan it-tournament ħadu sehem 32 player, 8 nisa u 24 raġel. Sara Xuereb ddominat is-sezzjoni tan-nisa fejn kienet l-unika bowler li lagħbet’ medja ta l’fuq minn 200 (207) fuq is-6 logħbiet  biex spiccat b’vantaġġ komdu ta 69 pin fuq Cynthia Frendo Duca, b’Sue Abela 21 pin oħra aktar ‘l isfel. Abela kellha wkoll l-ogħla logħba ta 246  fit-taqsima tan-nisa.

Minn naħa l-oħra, Kenneth Arpa ddomina s-sezzjoni tal-irġiel fejn għeleb l-isfida ta’ Rankin Camilleri.

Camilleri kien quddiem Arpa  wara l-ewwel  4 logħbiet stupendi  b’ media ta’ 252 medja. Arpa ma qatax qalbu, u bi’ zewġ logħbiet b’saħħithom fl-aħħar, irnexxielu jaqbeż lil Camilleri hekk kif dan ta’l-aħħar  ma setax jirrepeti l-forma tiegħu fl-aħħar 2 logħbiet. Arpa spiċċa b’medja notevoli ta ’235.5,  36 pin biss quddiem Camilleri.

Matthew Magro spiċċa fit-tielet post bi ftit inqas minn 220 bħala medja. Dwayne Zahra, ta  16-il sena, li spiċċa fil-5 post, kellu l-unur tal-ogħla logħba 289, 1 pin biss aħjar mill-aħjar sforz ta’ Camilleri.