Internazzjonali Lokali

“Schengen pass kbir għal Malta” – PN

Il-Partit Nazjonalista illum, fis-sitta u tlettin (36) sena mid-dħul tal-ftehim Schengen jfakkar u jimmarka li dan kien u jibqa pass kbir għalina membri fl-Unjoni Ewropeja. Mertu ta’ dak li ġie deċiż fl-14 ta’ Ġunju 1985 f’din l-belt ċkejkna cittadini ewropej ta’ pajjiżna jistgħu jsiefru b’libertà ferm ikbar milli qatt kellna.

Fi stqarrija, il-PN saħaq li hemm avvanz fiċ-ċirkolazzjoni u ftuħ fil-kummerċ liberu ewropew. Garanzija ċara li kien pass determinanti għalina li ngħaqadna bħala membri sħaħ tagħha. Pass kbir ieħor registrat mid-deċiżjoni għaqlija li Gvern Nazzjonalista ħa li jibda l-proċess li wassalna sabiex fil-21 ta’ Dicembru 2007 nsiru parti u nibqu għaddejjin fil-process Schengen.

Il-vantaġġi ta dan kollu huwa kbir u l-Maltin u l-Għawdxin jafu b’dan. Mertu politiku li sarrfet f’vantaġġi li llum ma nistgħux u m’għandniex b’xi mod nċekknu. Anzi għandna ninsistu biex naħdmu iktar. Għax hemm avvanzi oħra li dawn l-gżejjer ħaqqhom u li rridu nistinkaw għalihom sabiex l-Unjoni Ewropeja tisma iktar u twieġeb aħjar għar-rejalitajiet partikolari tagħna, temmet tgħid l-istqarrija tal-PN.

Din l-istqarrija kienet iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici flimkien mas-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight.