Futbol Sport

Tiġi fi tmiemha l-karriera glorjuża ta’ Victor Sciriha bħala president ta’ Valletta

Illejla waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali ta’ Valletta ġie deċiż li Victor Sciriha se jkun qed iħalli l-kariga ta’ president tal-club wara karriera ta’ aktar minn 25 sena fl-amministrazzjoni tal-futbol lokali. B’hekk Sciriha se jkun qed jirtira mill-logħba tal-futbol bħala wieħed mill-aktar persuni li kisbu suċċessi fil-futbol lokali.

Sciriha beda l-karriera amminsitrattiva tiegħu ma’ Marsaxlokk fejn fl-istaġun 1999/2000 meta kien mexxa lil Marsaxlokk għar-rebħ tal-promozzjoni mit-Tieni Diviżjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Fl-istaġun ta’ wara, Marsaxlokk, taħt it-tmexxija ta’ Sciriha kienu rebħu promozzjoni storika għall-Kampjonat Premier. Sciriha kiseb l-akbar suċċess ma ‘Marsaxlokk meta rebħu l-Kampjonat Premier fl-sitaġun 2006/07, taħt it-tmexxija tal-coach Brian Talbot.

Madanakollu,fl-sitaġun ta’ wara Sciriha ma baqax president ta’ Marsaxlokk biex ingħaqad ma’ Valletta, fejn bdiet era ta’ suċċess wara l-ieħor. F’karriera ta’ kważi 15-il sena bħala president ta’ Valletta Victor Sciriha rebaħ l-Kampjonat Premier għall-7 darbiet, l-FA trophy għall-3 darbiet, kif ukoll 7 darbiet is-Super Cup.