“Patri Frans Micallef kien rigal kbir lill-komunità Maltija u lill-knisja”.
Hekk qal fl-omelija tiegħu Patri Aaron Zahra bħala Vigarju tal-Majjistru għall-Provinċja, hekk kif fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Għar u San Duminku nagħtat l-aħħar tislima ‘l-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana f’Malta Patri Frans Micallef.
Fil-messaġġ tiegħu, huwa tenna li Patri Frans kien strument f’idejn Alla u li f’ħajtu wettaq missjoni kontinwa mal-poplu Maltija u anki ‘l bogħod minn xtutna.
“Ħutna Patri Frans kien strument f’idejn Alla biex jitma’ lil min hu bil-ġuħ u jisqi lil min hu bil-għatx, u dan wettqu b’mod speċjali meta kien jitla’ għall-missjoni fl-Eġittu”
Fil-prietka li wassal, Patri Zahra qal li ma setax ma jħarisx lejn il-ħidma li kien iwettaq il-Provinċjal biex ikun hemm titjib fl-edukazzjoni fil-kuleġġ edukattiv tal-istess Ordni.
“Ħadem fuq dan il-proġett għax xtaq li noffru l-aqwa servizz għat-tfal u l-ħaddiema… il-kulleġġ kien qisu t-tarbija tiegħu, sal-aħħar mumenti ta’ ħajtu baqa’ jaħseb fuq il-ħaddiema, u l-aħħar biċċa xogħol li għamel l-isptar kienet il-pagi tal-ħaddiema”
Patri Frans Micallef twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fis-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Tejoloġiku San Tumas D’Akwinu.
F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971. Huwa ggradwa fil-mużika u serva f’diversi uffiċji tal-Provinċja bħala Surmast tal-Istudenti, Pirjol tal-Kunvent tar-Rabat, Amministratur Finanzjarju, Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir u kif ukoll Kappillan tal-Parroċċa tal-Portu Salvu fil-Belt Valletta.
Fl-2013 huwa kien elett Provinċjal u reġa’ kien elett fil-kapitlu provinċjali tal-2017.
//= $special ?>