Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Uġigħ ta’ ras u ‘runny nose’ huma s-sintomi l-iktar komuni tal-varjant Delta

Uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-griżmejn, u ‘runny nose’ huma s-sintomi marbuta mall-infezzjoni tal-covid fir-Renju Unit, skont ir-riċerkaturi.

Il-Professur Tim Spector, li jmexxi iz-Zoe Covid Symptom Study, stqarr li jekk jaqbdek il-varjant Delta, is-sintomi ghall-generazzjoni żagħżugħa huma l-istess bhal dik ta’ influwenza. Għalkemm is-sintomi jaf ikunu ħfief, xorta tista’ tittieħed u tpoġġi lil ħaddieħor f’riskju.

Min jissuspetta li għandu is-sintomi tal-Covid, għandu jieħu t-test.

Skont l-NHS , is-sintomi tal-Covid li l-individwi għandhom joqogħdu attenti għalihom, huma , Sogħla, Deni u Nuqqas ta’ xamm jew togħma.

Skond informazzjoni mit-team ta’ Zoe li qed jirċievu minn fuq app li juża l-poplu, il-Profs. Spector qal, li dawn is-sintomi issa huma ferm inqas komuni.

It-Team ilu mill bidu ta’ Mejju, isegwi s-sintomi fuq din l-app , u jidher li dawn is-sintomi m’għadhomx l-istess bħal dawk ta’ qabel.

Din il-bidla hija marbuta maż-żieda tal-varjant Delta, li l-ewwel kien identifikat l-Indja u issa huwa kaġun ta’ 90% tal-każijiet fir-Renju Unit.

Id-deni jibqa’ l-aktar sintomu komuni, filwaqt li nuqqas ta’ xamm ma jidhirx li għadu mall-ewwel għaxar sintomi.

Żid jgħid, li dan il-varjant jaħdem ftit differenti. L-individwu jaf jaħseb li għandu l-influwenza komuni u xorta joħroġ u jiltaqa’ man-nies, u dan qed jikkawża aktar każijiet.

Dan huwa messaġġ li qed jgħaddu lill-generazzjoni żaghżugha, ghax huma l-aktar li jkollhom sintomi ħfief. Fejn qed jgħidilhom biex jibqgħu d-dar u jekk ikollhom xi sintomi jieħdu t-test tal-Covid.

L-istess jgħid l-istudju li sar fl-Imperial College London, li sar fuq aktar minn miljun individwu ġewwa r-Renju Unit. Fejn l-Alpha jew il-varjant Ingliż kien jiddomina, instab li kien hemm sintomi addizzjonali mal-Covid.