EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Wojciech Szczesny, l-ewwel goalkeeper li skorja awto-gowl fl-istorja tal-Euro

Il-goalkeeper Pollakk ta’ Juventus Wojciech Szczesny sar l-ewwel goalkeeper li qatt skorja awto-gowl fl-istorja tal-Euro. Szczesny skorja l-ewwel gowl tas-SLovakki meta x-xutt ta’ Robert Mak ħabat mal-lasta, biex imbagħad ħabat ma’ dahar il-goalkeeper u spiċċa fil-lasta tiegħu stess.

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li dan mhux l-ewwel bidu ħażin li kellu Szczesny f’kompetizzjoni internazzjonali, hekk kif fil-Euro 2012 kien tkeċċa fl-ewwel partita kontra l-Greċja, filwaqt li fil-Euro 2016 weġġa’ fll-ewwel partita kontra l-Irlanda ta’ Fuq.