EURO 2020 Futbol Sport

Aġġornata: Dean Henderson jirtira mill-iskwadra Ingliża | Postu jieħdu Aaron Ramsdale

Il-goalkeeper Ingliż Dean Henderson irtira mill-iskwadra Ingliża għall-Euro 2020 hekk kif tilef żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ minħabba injury li qed isofri bħalissa. Post Dean Henderson se jieħdu il-goalkeeper ta’ Sheffield United Aaron Ramsdale.

Dean Henderson ma tħarriġx mat-tim għat-tieni darba fil-Euro 2020, bħala prekawzjoni għall-injury li qed isofri. Henderson ma kienx involut fis-sessjoni ta’ taħriġ bi preparazzjoni għat-tieni partita tal-Ingilterra fi Grupp D, kontra l-Iskozja.

B’hekk Ramsdale se jkun it-tielet goalkeeper għall-Ingilterra wara Jordan Pickford ta’ Everton u Sam Johnstone ta’ West Brom.