Sport Sport Ieħor

Chris Froome mhux se jmexxi lit-tim tiegħu fit-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Chris Froome mhux se jkun qed imexxi lit-tim tiegħu Israel Start Up Nation fit-Tour de France li jibda aktar tard dan ix-xahar u post se jkunu qed jieħdu l-Kanadiż Michael Woods.

L-erba’ darbiet champion tat-Tour de France qal li l-ambizzjonijiet tiegħu għal dan it-tour mhux se jkunu li jkun hu li jmexxi t-tim iżda jittama li l-esperjenza tiegħu tgħin lit-tim. Froome għadu qed jirkupra minn injury serja li sofra fl-2019 f’Criterium du Dauphine. Hu ingħaqad ma’ Israel Start Up Nation l-istaġun li għadda wara li ma ġedditx il-kuntratt tiegħu ma’ Ineo Grenadiers.